Aċċess għad-dokumenti
L-għoti ta' aċċess għad-dokumenti huwa parti essenzjali tal-politika ta' trasparenza tal-BĊE. Aħna nimmiraw biex naħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ mal-poplu tal-Ewropa, filwaqt li fl-istess ħin nipproteġu l-kunfidenzjalità ta' materji speċifiċi għal kif il-BĊE jwettaq il-kompiti tiegħu. Agħti ħarsa lejn il-Filing and Retention Plan tal-BĊE biex ikollok ħarsa ġenerali tad-dokumenti tal-BĊE u kemm jinżammu.
L-aċċess għal dokumenti tal-BĊE huwa rregolat mid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004, kif emendata.
B’mod konformi mal-impenn tal-BĊE li jassigura l-onestà u t-trasparenza, u biex jippermetti u jiffaċilita r-riċerka ta’ materjal, ħloqna Reġistru Pubbliku ta' Dokumenti.
Dokumenti tar-registru pubblikuIl-pubbliku jista’ jaċċedi għal dokumenti storiċi li għandhom iktar minn 30 sena skont ir-Regolament tal-Kunsill tal-UE Nru 354/83 tal-1 ta’ Frar 1983, kif emendat.
L-aċċess għal dokumenti storiċi u informazzjoni dwar l-Arkivji tal-BĊE huwa disponibbli fit-taqsima tal-Arkivji.
ArkivjuMeta l-aċċess dirett ma jingħatax permezz tar-Reġistru Pubbliku jew l-Arkivji tal-BĊE, il-membri tal-pubbliku jistgħu japplikaw għal aċċess għal dokument, fi kwalunkwe forma miktuba, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi jibagħtu ittra jew email lil:
Bank Ċentrali Ewropew
Uffiċċju ta’ Konformità u Governanza
Sonnemannstrasse 22
60314 Frankfurt am Main
Germany [email protected]
Applikazzjonijiet għall-aċċess ta’ dokument jiġu ttrattati fil-pront. Il-BĊE jirrikonoxxi li rċieva t-talba u, fi żmien 20 jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni tagħha, jew jagħti aċċess għad-dokument jew jirrifjuta li jagħmel dan u jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.
Jekk talba tikkonċerna numru kbir ħafna ta' dokumenti jew tkun kumplessa b'xi mod ieħor, l-iskadenza għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tista' tiġi estiża b'20 jum tax-xogħol addizzjonali.
Fil-kaz ta’ ċaħda totali jew parzjali, l-applikant jista`, f’20 ġurnata ta’ xogħol minn meta jirċievi r-risposta tal-BĊE, jagħmel applikazzjoni ta’ konferma fejn isaqsi lill-Bord Ezekuttiv tal-BĊE biex jirrikunsidra l-pozizzjoni tiegħu.
Jekk l-aċċess jiġi rrifjutat mill-Bord Eżekuttiv, l-applikant jista’ jressaq proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew iressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew, skont l-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat. TFUE, rispettivament.
Annual figures on public access requests