Karti tal-flus futuri
Wara 20 sena, wasal iż-żmien li nirrevedu d-dehra tal-karti tal-flus tagħna biex nagħmluhom aktar relatabbli għall-Ewropej ta’ kull età u sfond.
L-ewwel karti tal-flus tal-euro ddaħħlu fl-1 ta’ Jannar 2002.
Issa, aktar minn 20 sena wara, qed nippreparaw għal serje futura ta’ karti tal-flus. Id-deċiżjoni dwar meta għandha titnieda s-serje l-ġdida se tittieħed fi stadju aktar tard. Id-disinn mill-ġdid tal-karti tal-flus tal-euro se jsir bl-għajnuna tal-pubbliku u tal-esperti qabel ma l-Kunsill Governattiv tal-BĊE jieħu deċiżjoni finali dwar it-tema l-ġdida u d-disinji.
Żewġ temi possibbli magħżula għall-karti tal-flus tal-euro futuri
Fid-29 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jimxi ’l quddiem għall-istadju li jmiss tal-proċess tad-disinn mill-ġdid tal-karti tal-flus tal-euro b’żewġ temi possibbli: “Kultura Ewropea” u “Xmajjar u għasafar”. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-preferenzi taċ-ċittadini taż-żona tal-euro.
Il-proċess ta’ disinn mill-ġdid
F’Diċembru 2021, ħabbarna l-pjanijiet tagħna li niddisinnjaw mill-ġdid il-karti tal-flus tal-euro. Agħti ħarsa lejn il-passi differenti fil-proċess u skopri kif tista’ tikkontribwixxi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali.
Għaliex għandna bżonn karti tal-flus ġodda?
Qed niżviluppaw karti tal-flus ġodda biex niżguraw li dawn ikunu aktar siguri, effiċjenti u sostenibbli.
L-istrateġija tal-flus kontanti tal-EurosistemaNisimgħu lill-pubbliku
Fis-sajf tal-2023 għamilna żewġ stħarriġiet dwar il-preferenzi tal-pubbliku fir-rigward tas-seba’ temi proposti mill-Kunsill Governattiv.
Agħti ħarsa lejn ir-rapportQED TFITTEX L-AKTAR TAGĦRIF REĊENTI FUQ IL-KARTI TAL-FLUS FUTURI?