Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju huwa l-uniku mod biex jiġu evitati l-agħar effetti tat-tibdil fil-klima. Għal din ir-raġuni, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha għal tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet sal-2030 u ekonomija żero netta sal-2050.

Għalkemm il-gvernijiet u l-leġiżlaturi għandhom ir-responsabbiltà primarja li jmexxu u jappoġġaw din it-tranżizzjoni, aħna fil-BĊE għandna nagħmlu wkoll il-parti tagħna billi nippromwovu finanzi sostenibbli u nagħmlu l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħna aktar ekoloġiċi, mingħajr preġudizzju għall-objettiv primarju tagħna tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Għaliex it-tranżizzjoni ekoloġika hija importanti għall-BĊE?

Il-benefiċċji fit-tul ta’ tranżizzjoni rapida u ordnata jegħlbu bil-kbir l-ispiża inizjali tagħha

Ir-riżultati tat-test tal-istress għall-klima fl-ekonomija kollha tagħna wrew li jekk naġixxu kmieni, il-kost tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju se jkun ħafna inqas mill-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni.

Tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija ekoloġika hija opportunità għalina lkoll, inklużi d-ditti u l-istituzzjonijiet finanzjarji, biex nibbenefikaw minn enerġija nadifa u irħas, innovazzjonijiet teknoloġiċi u negozji ġodda.

Ir-riżultati tat-test tal-istress għall-klima fl-ekonomija kollha tagħna

Ekonomija ekoloġika tikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-prezzijiet u dik finanzjarja fit-tul

Tranżizzjoni ordnata lejn ekonomija ekoloġika tnaqqas, fit-tul, ir-riskji relatati mal-klima għall-ekonomija u s-sistema finanzjarja kollha, kif ukoll għall-prospettiva tal-inflazzjoni u l-assi fuq il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. B’riżultat ta’ dan, tikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-prezzijiet u dik finanzjarja fit-tul.

Bħala istituzzjoni tal-UE, aħna nappoġġaw dan l-isforz fl-UE kollha

F’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-BĊE għandu l-obbligu, fi ħdan il-mandat tagħna u mingħajr preġudizzju għall-objettiv primarju tagħna tal-istabbiltà tal-prezzijiet, li jappoġġa l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-UE. B’dan il-mod, aħna nikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għall-protezzjoni tal-ambjent.

Il-BĊE kif jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika?

Aħna naqsmu l-għarfien espert u l-pariri tagħna biex inrawmu l-iżvilupp fuq finanzi sostenibbli, peress li l-banek u istituzzjonijiet oħra fis-settur finanzjarju għandhom rwol kruċjali fil-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika.

Billi naħdmu biex nagħmlu l-attivitajiet tagħna aktar ekoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħna, noħolqu wkoll inċentivi għal sistema finanzjarja aktar ekoloġika.

Analiżi u pariri ta’ politika

Aħna nikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ politiki relatati mal-klima f’fora Ewropej u internazzjonali dwar suġġetti bħall-ipprezzar tal-karbonju, iż-żieda fil-finanzjament ekoloġiku, l-innovazzjoni ekoloġika u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri.

Implimentazzjoni tal-politika monetarja

Fejn xieraq, aħna nqisu t-tibdil fil-klima fl-implimentazzjoni tal-politika monetarja tagħna, inkluż fil-qafas tax-xiri ta’ assi u tal-kollateral tagħna.

Stqarrija għall-istampa

Il-paġni kollha f’din it-taqsima