Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport dwar il-Konverġenza

Ir-Rapport dwar il-Konverġenza jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro għajr id-Danimarka, li għandha opt-out, lejn is-sodisfazzjon tal-kriterji neċessarji għall-adozzjoni tal-euro. Jiġi ppubblikat mill-inqas darba kull sentejn, jew fuq talba ta’ Stat Membru tal-UE li jkun jixtieq jissieħeb fiż-żona tal-euro.

Ġunju 2024

Ħarsa ġenerali lejn l-aktar rapport reċenti tagħna

Konverġenza ekonomika

Is-sitt pajjiżi kkonċernati għamlu progress limitat lejn is-sodisfazzjon tal-kriterji ta’ konverġenza sa mir-rapport preċedenti fl-2022, u dan jirrifletti kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ sfida.

Aqra dwar l-istat tal-konverġenza ekonomika
Konverġenza legali

Il-BĊE eżamina l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-sitt pajjiżi mar-rekwiżiti tat-Trattat.

Esplora l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali
Sommarji tal-pajjiżi

Is-sommarji jippreżentaw ir-riżultati prinċipali tal-eżamijiet tal-konverġenza ekonomika u legali għal kull pajjiż.

Aqra s-sommarji tal-pajjiżi

Rapporti dwar il-Konverġenza ta’ Ġunju 2024

Esplora l-aktar valutazzjoni reċenti tal-konverġenza ekonomika u legali ta’ Stati Membri mhux taż-żona tal-euro fid-dettall billi taqra r-rapport sħiħ.

Ara r-rapport sħiħ

Għall-media

Pajjiżi mhux taż-żona tal-euro għamlu progress limitat lejn il-konverġenza ekonomika maż-żona tal-euro sa mill-2022.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Rapporti tal-Kummissjoni tal-UE

Bħall-BĊE, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika wkoll rapporti dwar il-konverġenza li jivvalutaw kemm huma lesti l-Istati Membri tal-UE li jadottaw l-euro.

Ara r-rapporti tal-Kummissjoni

Dħul fiż-żona tal-euro

L-Istati Membri tal-UE kollha, għajr id-Danimarka, huma meħtieġa jadottaw l-euro. Biex jagħmlu dan, l-ewwel għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ konverġenza li jivvalutaw kemm huma lesti għal unjoni ekonomika u monetarja. Ara l-mappa interattiva tagħna biex issir taf meta pajjiżi differenti adottaw l-euro.

Agħti ħarsa lejn il-mappa

Għas-semmiegħa tal-Podcast tal-BĊE

Pajjiż kif jissieħeb fiż-żona tal-euro? Iddiskutejna dan f’wieħed mill-episodji tal-podcast tagħna, li ħares speċifikament lejn il-Kroazja.

Isma’ l-podcast

Il-Kroazja tadotta l-euro

Fl-1 ta’ Jannar 2023, il-Kroazja adottat l-euro u saret l-20 membru taż-żona tal-euro.

Sir af aktar billi taqra l-artiklu tal-Bullettin Ekonomiku

Il-bidla għall-euro tabilħaqq ikkawżat inflazzjoni addizzjonali fil-Kroazja?

Il-konsumaturi Kroati lissnu tħassib dwar żidiet fil-prezzijiet relatati mal-bidla għall-euro. Evidenza preliminari ppreżentata fi blog post tal-BĊE turi li l-bidla minn kuna għall-euro s’issa kellha relattivament ftit li xejn impatt fuq il-prezzijiet għall-konsumaturi Kroati u fuq il-perċezzjonijiet tal-prezzijiet.

Aqra l-blog post
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Enfażi fuq is-sħubija fiż-żona tal-euro

Il-paġni kollha f’din it-taqsima