Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-istrateġija tal-Eurosistema dwar il-flus kontanti

Aħna impenjati favur il-flus kontanti u biex niżguraw li dejjem ikun hemm il-possibbiltà li jsir ħlas bi flus tal-bank ċentrali.

Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro huma valuta legali fiż-żona tal-euro. Il-flus kontanti huma parti importanti mil-libertà tiegħek li tagħżel kif tħallas u huma essenzjali għall-inklużjoni finanzjarja tal-gruppi kollha fis-soċjetà. 

L-istrateġija tagħna dwar il-flus kontanti għandha l-għan li tiżgura li l-flus kontanti jibqgħu disponibbli b’mod wiesa’, aċċessibbli u aċċettati kemm bħala mezz ta’ ħlas kif ukoll bħala ħażna ta’ valur. Il-flus kontanti se jibqgħu wkoll innovattivi, sikuri u ekoloġiċi.

Qed nissalvagwardjaw il-futur tal-flus kontanti b’diversi modi.


Aħna niżguraw id-disponibbiltà tal-flus kontanti tal-euro

Niżguraw li l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jkunu disponibbli f’kull ħin. Il-banek ċentrali nazzjonali joffru servizzi ta’ flus kontanti bla ħlas u jaħdmu biex jagħmlu kemm jista’ jkun kosteffiċjenti l-mod kif il-flus jgħaddu mill-ekonomija. Inqisu wkoll il-bżonn ta’ flus kontanti tal-euro barra miż-żona tal-euro.

Sir af aktar dwar il-loġistika tal-flus kontanti 

Aħna nappoġġaw l-aċċess għal servizzi bi flus kontanti għal kulħadd

In-nies u n-negozji jridu jkunu kapaċi jaċċessaw flushom. Fil-fatt, aħna ngħinu lill-banek biex jipprovdu servizzi adegwati ta’ flus kontanti, bħal ġbid ta’ flus kontanti bla ħlas jew mingħajr tariffi eċċessivi. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu joffru wkoll servizzi ta’ flus kontanti alternattivi bħal cashback jew ġbid limitat ta’ flus kontanti.

Sir af aktar dwar l-aċċess għall-flus kontanti

Aħna niżguraw li l-flus kontanti jiġu aċċettati kullimkien

Il-biċċa l-kbira tan-nies fiż-żona tal-euro jqisu li huwa importanti li jkunu jistgħu jħallsu bil-flus kontanti. Għalhekk huwa essenzjali li niguraw li l-flus kontanti jkunu aċċettati kullimkien. Dan jagħti lin-nies il-libertà li jagħżlu kif iħallsu, mingħajr ma jiġu żvantaġġati dawk li m’għandhomx aċċess għall-ħlasijiet elettroniċi.

Sir af aktar dwar l-aċċettazzjoni tal-flus kontanti

Aħna niżviluppaw u noħorġu karti tal-flus tal-euro innovattivi u siguri

Il-karti tal-flus tal-euro huma protetti bl-aktar teknoloġiji reċenti u b'hekk huma reżistenti ħafna għall-falsifikazzjoni u faċli biex jiġu awtentikati mill-pubbliku u minn kaxxiera professjonali. Aħna niżguraw il-kwalità għolja tal-karti tal-flus tal-euro u qed naħdmu fuq disinni ġodda għal serji futuri.

Sir af aktar dwar karti tal-flus futuri

Aħna nżommu l-karti tal-flus siguri u sostenibbli

Aħna nagħmlu ċert li l-produzzjoni u l-użu tal-karti tal-flus tagħna jkunu sikuri. Pereżempju, aħna nirriċerkaw u nittestjaw l-impatt potenzjali tal-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent. Nistudjaw ukoll kif il-karti tal-flus isiru kemm jista’ jkun sostenibbli.

Sir af aktar dwar l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tal-euro

Ħarsa aktar fil-fond


Ir-rwol tal-flus kontanti

Il-flus kontanti huma l-aktar mezz ta’ ħlas użat ta’ spiss fil-ħwienet fiż-żona tal-euro u jistgħu jintużaw minn kullħadd. Iżda l-flus joffru funzjonijiet u benefiċċji importanti oħrajn.

Il-funzjonijiet u l-benefiċċji tal-flus kontanti 

L-attitudnijiet ta’ ħlas tal-konsumaturi

Biex nifhmu aħjar kif il-konsumaturi qegħdin jibdlu d-drawwiet ta’ ħlas tagħhom, u sa liema punt, il-BĊE jinvestiga l-attitudnijiet u l-imġiba taċ-ċittadini taż-żona tal-euro. 

Studju dwar l-attitudnijiet tal-konsumaturi lejn il-ħlas 

Il-paradoss tal-karti tal-flus

F’dawn l-aħħar snin, id-domanda għall-karti tal-flus tal-euro żdiedet b’mod kostanti filwaqt li l-użu tal-karti tal-flus għat-transazzjonijiet bl-imnut jidher li naqas, fenomenu magħruf bħala l-“paradoss tal-karti tal-flus”.

Bullettin Ekonomiku tal-BĊE, Ħarġa 2/2021. 

Mistoqsijiet komuni

Il-flus kontanti se jisparixxu fil-futur qrib? Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jirrifjutaw il-flus kontanti bħala mezz ta’ ħlas? Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom kompetenzi fuq il-karti tal-flus u l-muniti?

Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar il-karti tal-flus u l-flus kontanti inġenerali

Il-paġni kollha f’din it-taqsima