Organizzazzjoni
Il-BĊE huwa istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-qalba tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Aktar minn 3,500 impjegat u trainees mill-Ewropa kollha jaħdmu mal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Ilkoll jagħtu sehemhom f’kooperazzjoni mill-qrib mal-banek ċentrali nazzjonali fi ħdan l-Eurosistema u, għas-superviżjoni bankarja, mas-superviżuri nazzjonali fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Min huma?
Il-President tal-BĊE hija Christine Lagarde u l-Viċi President huwa Luis de Guindos. Il-korp deċiżjonali ewlieni hu l-Kunsill Governattiv, magħmul mis-sitt membri tal-Bord Eżekuttiv u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiż taż-żona tal-euro.
Teħid ta’ deċiżjonijiet Ċart organizzattiva tal-BĊEDrittijiet għall-vot fil-Kunsill Governattiv
Il-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom. Skopri kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u għaliex daħlet is-sistema ta’ rotazzjoni tad-dritt għall-vot.
Spjegazzjoni: Dwar ir-rotazzjoni tad-drittijiet għall-vot Rotazzjoni tad-drittijiet għall-vot: skeda