Skeda ta’ żmien u progress dwar l-euro diġitali
Il-fażi ta’ tħejjija tal-proġett bdiet f’Novembru 2023 u qed tqiegħed il-pedamenti għall-ħruġ potenzjali tal-euro diġitali. Din tinkludi l-finalizzazzjoni tal-ġabra tar-regoli dwar l-euro diġitali u l-għażla ta’ fornituri li potenzjalment jistgħu jiżviluppaw pjattaforma u infrastruttura għall-euro diġitali. Il-fażi ta’ tħejjija tinvolvi ttestjar u sperimentazzjoni estensivi, kif ukoll skambji regolari mal-pubbliku u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, biex jiġi żgurat li l-euro diġitali jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti u r-rekwiżiti tal-Eurosistema.
Aħna niddokumentaw regolarment il-progress tal-proġett f’rapporti komprensivi.
Rapport dwar il-progress
Kif qed isir progress fil-ħidma fuq il-privatezza, il-ġabra tar-regoli u l-għażliet tad-disinn tal-euro diġitali?
Aqra r-rapport dwar il-progress sħiħGħall-media
Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor il-progress li sar matul l-ewwel parti tal-fażi ta’ tħejjija mnedija f’Novembru 2023 u jiddeskrivi l-passi li jmiss.
Aqra l-istqarrija għall-istampaTrid tkun taf aktar?
Aqra r-rapporti ta’ progress preċedenti tagħna
Skeda ta’ żmien tal-proġett tal-euro diġitali
F’Ottubru 2020, il-BĊE ppubblika rapport dwar l-euro diġitali li jeżamina l-ħruġ potenzjali ta’ munita diġitali tal-bank ċentrali — l-euro diġitali — mill-Eurosistema.
Disa’ xhur wara l-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjoni li jniedi l-proġett tal-euro diġitali. Il-fażi ta’ investigazzjoni tal-proġett saret minn Ottubru 2021 sa Ottubru 2023 u kienet tinvolvi l-istudju ta’ għażliet ta’ disinn u mudelli ta’ distribuzzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati bħal dawk li jfasslu l-politika tal-UE u l-parteċipanti fis-suq. Is-sejbiet iffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni li titnieda l-fażi ta’ tħejjija, li bdiet f’Novembru 2023.
Ara u niżżel skeda ta’ żmien ta’ livell għoli għall-proġettId-deċiżjoni dwar jekk fl-aħħar mill-aħħar għandux jinħareġ euro diġitali se tiġi kkunsidrata biss fi stadju aktar tard, ladarba l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea jkun tlesta.