Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-euro diġitali u l-privatezza

L-euro diġitali jkollu standards strinġenti dwar il-privatezza u l-inklużjoni, billi jissalvagwardja d-data u d-drittijiet tal-utenti fl-era diġitali.

L-euro diġitali: privatezza mid-disinn

Biex nipproteġu d-data tiegħek, qegħdin niddisinnjaw euro diġitali biex noffru l-ogħla livelli ta’ privatezza ta’ kull opzjoni ta’ ħlas diġitali.

It-tir ċentrali tal-proġett tal-euro diġitali kien sa mill-bidu nett li niżguraw il-privatezza tal-utent. Dan jeħtieġ innovazzjoni teknoloġika, qafas legali b’saħħtu, u proċeduri ta’ konformità rigorużi. 

Il-ħlasijiet bl-euro diġitali: id-data tiegħi tkun sigura?

Euro diġitali offline: livelli ta’ privatezza bħall-flus kontanti

Id-dettalji tal-ħlasijiet offline tiegħek bl-euro diġitali jkunu magħrufa biss lilek u lil min jirċevihom. Din il-funzjonalità ta’ offline għandha tikkombina l-konvenjenza tal-ħlasijiet diġitali b’livelli ta’ privatezza bħal tal-flus kontanti mingħajr il-ħtieġa ta’ konnessjoni mal-internet.

Aħna la nidentifikaw lilek u lanqas nintraċċaw il-ħlasijiet tiegħek

Anki meta tħallas online, nagħmlu ċert li l-attivitajiet finanzjarji tiegħek jibqgħu tiegħek biss. L-Eurosistema ma tkunx tista’ tassoċjak direttament mal-ħlasijiet tiegħek. L-euro diġitali jkun beni pubbliku u għalhekk qatt m’aħna se nużaw id-data tiegħek għal skopijiet kummerċjali.

Min ikollu aċċess għad-data tiegħek?

Bħal metodi oħrajn ta’ ħlas diġitali, l-intermedjarji bħall-bank tiegħek ikollhom biss aċċess għad-data personali li tkun meħtieġa għall-konformità mal-liġi tal-UE, bħal regolament kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Biex nużaw id-data tiegħek għal skopijiet kummerċjali, ikollna bżonn il-kunsens espliċitu tiegħek.

Kif niżguraw il-privatezza għall-utenti tal-euro diġitali?

Miżuri ta’ privatezza mill-aktar avvanzati

Id-data disponibbli għalina tkun psewdonomizzata, li jfisser li ma naraw l-ebda data personali li tista’ tidentifikak, filwaqt li l-bank tiegħek ikollu aċċess għall-informazzjoni minima meħtieġa biex jikkonforma mal-liġi tal-UE. Aħna ninsabu impenjati li nużaw l-aħħar teknoloġiji li jtejbu l-privatezza, filwaqt li nkomplu nevalwaw miżuri ġodda li jistgħu jkunu fattibbli u effettivi.

Regoli b’saħħithom u superviżjoni

Għandna naqgħu taħt is-superviżjoni ta’ awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data indipendenti sabiex jiġi żgurat li nikkonformaw mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data – l-aktar regoli b’saħħithom dwar il-privatezza u s-sigurtà fid-dinja. 

Qafas leġiżlattiv

L-euro diġitali mhuwiex biss inizjattiva tal-Eurosistema; huwa impenn Ewropew komuni. Se jkun irregolat b’regolamenti tal-UE li huma mfassla biex jiksbu bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà. Dan l-approċċ se jżomm protezzjonijiet robusti kontra attivitajiet illeċiti filwaqt li jissalvagwarda l-privatezza individwali.  

ARA WKOLL

Qari dwar l-euro diġitali

Aktar dwar il-privatezza

Aqra l-aħħar Blog Post tal-BĊE

Kulma għandek bżonn tkun taf dwar l-euro diġitali

Ħarsa ġenerali lejn l-euro diġitali

Il-paġni kollha f’din it-taqsima