Akkreditazzjoni ta’ manifattur tal-karti tal-flus
Niżguraw li l-karti tal-flus tal-euro jikkonformaw mal-ogħla standards
Il-BĊE għandu d-dmir li jiżgura l-integrità tal-euro bħala mezz ta' ħlas billi japplika l-ogħla standards etiċi, ambjentali, tas-saħħa u sikurezza, tas-sigurtà u l-kwalità tul il-fażijiet tar-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-produzzjoni u l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro.
Il-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro għandha, għalhekk, tikkonforma ma’ standards industrijali speċifiċi, inklużi ISO 9001, ISO 14001 u ISO 45001, u tissodisfa rekwiżiti stretti etiċi u ta’ sigurtà.
Il-manifatturi ta' oġġetti tal-euro għandhom ikunu akkreditati
Il-manifattura ta’ oġġetti tal-euro u ta’ oġġetti siguri tal-euro hija wkoll suġġetta għal proċedura ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE. Il-manifatturi akkreditati biss jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist u jiffirmaw kuntratti għal attivitajiet relatati ma' elementi tal-euro u elementi ta’ sigurtà tal-euro.
Il-kundizzjonijiet tal-proċeduri ta’ akkreditazzjoni huma stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2020/24, li tapplika mit-18 ta’ Mejju 2021 u li hija emendata bid-Deċiżjoni BŻE/2022/35, li tapplika mis-16 ta’ Novembru 2022.
Oqsma ta' manifatturi akkreditati
Il-BĊE jista' jagħti akkreditazzjoni lil manifatturi fl-oqsma li ġejjin:
- Stampar ta' karti tal-flus
- Manifattura ta’ karta għall-karti tal-flus
- Produzzjoni ta’ linka tal-istampar
- Manifattura ta' fojls olografiċi
- Manifattura ta' ħjut tas-sigurtà għall-karti tal-flus
- Manifattura ta’ elementi ta’ sigurtà oħrajn
Tagħrif ieħor dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tagħna ddedikata għall-Mistoqsijiet Frekwenti.
Jekk qiegħed tikkunsidra li titlob l-akkreditazzjoni
Ibgħat email lil[email protected], bl-Ingliż, b’deskrizzjoni qasira tal-prodotti li timmanifattura (massimu ta’ żewġ paġni A4). Nagħmlu mill-aħjar biex inwieġbu fi żmien xahar.
Aħna nużaw il-kriptaġġ PGP għal komunikazzjoni sigura. Jekk jogħġbok niżżel il-kjavi tal-PGP tal-akkreditazzjoni tal-QEHS għall-użu meta tittrasmetti informazzjoni sensittiva.
Opportunitjiet oħra għal kooperazzjoni mal-BĊE
Jekk tixtieq tipproponi elementi ta’ sigurtà jew teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni tal-karti tal-flus u l-ipproċessar, jekk jogħġbok ara l-paġna tagħna dwar Riċerka u żvilupp tal-karti tal-flus.