Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-baġit tal-UE għall-2027
L-Erbgħa, il-MPE se jivvutaw dwar iċ-ċifri baġitarji u riżoluzzjoni dwar il-baġit tal-2027 qabel in-negozjati mal-Kunsill.
Il-Membri tal-PE għandhom l-għan li jirrestawraw il-EUR 1 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 501.8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament imnaqqsa mill-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu, filwaqt li jipproponu wkoll li jiżdiedu EUR 1.17 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal diversi programmi meta mqabbla mal-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2027 tal-Kummissjoni. Huma jipproponu finanzjament addizzjonali għall-programm ta’ riċerka Orizzont Ewropa, in-networks tat-trasport u tal-enerġija, EU4Health u Erasmus+, l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ u l-agrikoltura, l-adattament għat-tibdil fil-klima, u t-tisħiħ tal-finanzjament biex tingħata spinta lill-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal diżastri naturali u emerġenzi.
Il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, il-mobbiltà militari, u l-appoġġ għall-politiki tal-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-UE, kif ukoll l-għajnuna umanitarja, jidhru wkoll fil-prijoritajiet baġitarji tal-Parlament għall-2027. Fl-aħħar nett, il-Membri tal-PE jridu li l-ħlasijiet lura tad-dejn tal-UE jiġu ffinanzjati mingħajr ma jitnaqqas il-finanzjament għal programmi ewlenin.