Ċentru Multimedjali 

 

Iċ-Ċentru Multimedjali tal-Parlament Ewropew jipprovdi pjattaforma estensiva ta’ kontenut imfassla apposta għax-xandara u għall-ġurnalisti multimedjali li jfittxu informazzjoni affidabbli u verifikata editorjalment dwar l-affarijiet Ewropej. Iċ-Ċentru Multimedjali huwa aġġornat kuljum minn tim editorjali impenjat u fih issib ir-riżorsi kollha li teħtieġ għar-rapportar tiegħek f’post wieħed u mingħajr ħlas – bħala sors, għal skopijiet illustrattivi u għal iżjed informazzjoni.

X’għandek issib fiċ-Ċentru Multimedjali:

  • il-produzzjoni kollha tas-Servizz Ewropew tax-Xandir relatata mal-Parlament Ewropew.
  • streaming dirett f’ħin reali tas-sessjonijiet plenarji, tal-laqgħat tal-kumitati, u ta’ avvenimenti u ċerimonji istituzzjonali oħra.
  • reġistrazzjonijiet sħaħ tad-dibattiti plenarji, seduti ta’ smigħ, konferenzi stampa, u avvenimenti oħra marbuta mal-attivitajiet tal-Parlament Ewropew, disponibbli biex jitniżżlu jew għal replay fuq talba.
  • aġġornamenti tal-aħbarijiet mis-sessjonijiet plenarji u mil-laqgħat tal-kumitati, u kopertura dettaljata tal-adozzjoni tal-fajl leġiżlattiv, li jipprovdu informazzjoni kuntestwali u komplementari.
  • replays diretti u filmati tal-punti ewlenin mhux ipproċessati, u sommarji tal-pakkett tal-aħbarijiet lesti għall-użu.
  • klipps ta’ informazzjoni tematika u filmati mill-arkivji prodotti skont is-suġġetti prijoritarji ewlenin tal-UE biex jipprovdu lill-ġurnalisti kuntest ċar u interessanti biex juru kwistjonijiet kumplessi.
  • arkivju komprensiv ta’ ritratti u filmati li jinkludi mumenti ewlenin, żjarat uffiċjali u informazzjoni minn wara l-kwinti.

Permezz taċ-Ċentru Multimedjali, tista’ taċċessa l-istreaming f’ħin reali tad-dibattiti plenarji disponibbli b’24 lingwa, kif ukoll avvenimenti ewlenin u laqgħat għall-istampa. Iċ-Ċentru Multimedjali jgħinek tibqa’ konness ma’ żviluppi ewlenin hekk kif iseħħu.

Funzjoni addizzjonali tal-pjattaforma tal-istreaming dirett:

  • live feeds ta’ kwalità għolja: integrati bla xkiel fil-kanali u l-pjattaformi tiegħek filwaqt li jipprovdulek aċċess affidabbli u kontinwu, irrispettivament minn fejn tkun.
  • kodiċijiet ta’ inkorporazzjoni: għandhom jintalbu minn qabel għal streaming dirett, li jagħmluha faċli biex tippjana u tikkoordina r-rapportar tiegħek minn qabel.
  • personalizzazzjoni tal-filmati: direttament mill-player tal-istreaming dirett – biex taqta’ u tagħżel mumenti importanti ħalli taqsamhom minnufih fuq il-midja soċjali, tniżżilhom biex tużahom aktar tard, jew sabiex tinkorporahom fuq is-sit web tiegħek.
  • librerija tal-midja: l-appoġġ għall-klijenti disponibbli biex jgħinek tirkupra materjali miċ-Ċentru Multimedjali u mill-arkivju storiku estensiv tiegħu li jmur lura għall-1950.

Il-materjal kollu disponibbli fuq iċ-Ċentru Multimedjali huwa miftuħ u mingħajr ħlas għall-midja u għaċ-ċittadini. Tista’ taċċessa, terġa’ tuża u xxerred dawn ir-riżorsi direttament billi tirrikonoxxi s-sors © Unjoni Ewropea, [sena/snin] – PE.

Żur is-sit web taċ-Ċentru Multimedjali biex tibqa’ konness u infurmat, u ħalli tkun lest biex twassal l-istejjer Ewropej lill-udjenzi tiegħek.