Il-programm Erasmus+ 2028-2034
L-Erbgħa, il-MPE se jiddibattu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet baġitarji tal-programm Erasmus+ 2028-2034, segwiti minn votazzjoni l-Ħamis.
F'test approvat mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Membri tal-PE jfittxu li jiżguraw li l-programm Erasmus+ li jmiss ikun aktar aċċessibbli għal aktar żgħażagħ minn sfondi ekonomiċi, soċjali, ġeografiċi u kulturali differenti. Huma jgħidu li huwa meħtieġ baġit ta’ mill-inqas EUR 47 biljun, meta mqabbel mal-EUR 40 biljun proposti mill-Kummissjoni Ewropea, u jipproponu allokazzjonijiet ċari għal oqsma ta’ politika definiti: l-edukazzjoni u t-taħriġ (74,6 %), iż-żgħażagħ u l-volontarjat (15 %), u l-isport (4,1 %). Il-Membri tal-PE jargumentaw li l-għotjiet għandhom iqisu l-ispejjeż tal-għajxien, il-prezzijiet tal-akkomodazzjoni, l-inflazzjoni u l-kapaċità tal-akkwist, li jvarjaw bejn il-pajjiżi ospitanti, ir-reġjuni u l-bliet. Huma jenfasizzaw ukoll li l-boroż ta’ studju f’oqsma strateġiċi għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Kompetittività jew mill-programm Orizzont Ewropa, mingħajr ma jiġu riallokati fondi minn oqsma ewlenin tal-Erasmus+.
Ladarba l-plenarja tadotta l-pożizzjoni tagħha, il-Membri tal-PE se jkunu lesti jiftħu taħditiet mal-Kunsill dwar l-istruttura u l-baġit tal-programm Erasmus+ għall-2028 sal-2034.