Ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2026 jitħabbar il-Ħamis
Il-President Metsola se tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2026 il-Ħamis, wara deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament.
F’votazzjoni nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru fis-19.30, il-Membri tal-PE fil-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp se jagħżlu tliet finalisti għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2026 minn lista ta’ nomini mfassla mill-gruppi politiċi fil-Parlament aktar kmieni f’Ottubru.
Nhar il-Ħamis filgħodu, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament (il-President tal-PE u l-mexxejja tal-gruppi politiċi) se tagħżel ir-rebbieħ tal-2026. Il-President Roberta Metsola mbagħad tħabbar ir-rebbieħ f’nofsinhar fil-kamra plenarja.
Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet se ssir fis-16 ta' Diċembru fi Strasburgu.
L-isfond
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb ilu jingħata kull sena mill-Parlament mill-1988, lil individwi, gruppi jew organizzazzjonijiet b'rikonoxximent tal-impenn eċċellenti tagħhom għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni jew id-difiża tal-valuri demokratiċi.