European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2904

19.11.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2904

tal-14 ta’ Novembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għas-settijiet ta’ bibien interni bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan magħmulin minn profili tal-metall u materjal sfuż tal-polistiren mgħaqqad għall-iżolazzjoni termika, għall-iżolazzjoni akustika jew għat-tnejn u prodotti tal-kostruzzjoni oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 26 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(2)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-bini:

settijiet ta’ bibien interni bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan magħmulin minn profili tal-metall;

materjal sfuż tal-polistiren mgħaqqad għall-iżolazzjoni termika, għall-iżolazzjoni akustika jew għat-tnejn u prodotti tal-kostruzzjoni oħra (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040635-00-1201”);

bord ta’ iżolazzjoni termika magħmula minn siliċe- jew poliuretan-aerogel fuq materjal portatur;

saff intermedju flessibbli għat-tnaqqis tat-trażmissjoni laterali tal-ħoss u l-vibrazzjoni;

ċangaturi b’diversi saffi taċ-ċeramika għall-tlibbis ta’ ħitan u għall-pavimenti;

injam laminat inkollat fi blokok speċjali;

elementi ta’ rbit tat-tip ta’ kavilji bbażati fuq l-injam;

siment ta’ Portland b’materjal pozzolaniku għall-mili għall-użu tropikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “150007-00-0301”);

siment abjad b’kontenut għoli tal-aluminat tal-kalċju tal-alumina;

kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ musmar tal-ġebel u tal-ħamrija – kittijiet bi żbarri vojta għal musmar self-drilling – żbarri vojta għal tubi tal-azzar mingħajr weldjatura jew iwweldjati;

elementi ta’ rinforz bi trazzjoni doppja bl-għamla ta’ S għaż-żieda tar-reżistenza għall-punching shear ta’ sisien għall-pedamenti u ċangaturi tal-pedamenti;

kittijiet ta’valvijiet tal-ilma li jkun ġej lura magħmula mill-plastik għall-inserzjoni f’sistemi ta’ drenaġġ bi skular tal-gravità;

separaturi tad-drenaġġ fil-bini;

kittijiet ta’ modifika retroattiva għal impjant żgħar tat-trattament tal-ilma mormi;

unitajiet ta’ pavimentar tal-plastik riċiklat awtoblokkanti;

xbieki tal-kejbil b’komponenti ta’ rbit;

grilji tal-fibra inorganika għar-rinfurzar tal-konrabejt abbażi ta’ siment, anidride jew reżina;

unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’vakwu;

unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’ekwalizzazzjoni tal-pressjoni;

kanali tal-ankraġġ (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330008-03-0601”);

kittijiet tal-ikklampjar għall-konnessjoni ta’ membri tal-konkrit prefabbrikati (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 332001-00-0602”);

sistema ta’ ħoloq tal-wajer għall-konnessjoni ta’ elementi tal-konkrit prefabbrikati u mferra’ fil-post; (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 332589-00-0601”);

viti tal-konkrit għall-irbit ta’ panelli sandwiċċ;

kittijiet magħmulin minn malja tal-fibra tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali, minn konnetturi u tajn għat-tisħiħ ta’ elementi tal-ġebel u tal-konkrit permezz ta’ legatur estern;

unitajiet tal-bini prefabbrikati reżistenti għan-nar;

sistemi ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 360001-01-0803”).

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Għall-fini biex jiġi permess l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni kmieni kemm jista’ jkun, sabiex il-manifatturi li diġà jkollhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Kerstin JORNA

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs/DĠ GROW


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“020096-00-0405

Bibien interni bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan magħmulin minn profili tal-metall”

“040635-01-1201

Materjal sfuż tal-polistiren mgħaqqad għall-iżolazzjoni termika, għall-iżolazzjoni akustika jew għat-tnejn (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040635-00-1201’)”

“041669-00-1201

Bord ta’ iżolazzjoni termika magħmula minn siliċe- jew poliuretan-aerogel fuq materjal portatur”

“042232-00-0503

Saff intermedju flessibbli għat-tnaqqis tat-trażmissjoni laterali tal-ħoss u l-vibrazzjoni”

“090078-00-0504

Ċangaturi b’diversi saffi taċ-ċeramika għat-tlibbis ta’ ħitan u għall-pavimenti”

“130647-00-0304

Injam laminat inkollat fi blokok speċjali”

“130767-00-0603

Elementi ta’ rbit tat-tip ta’ kavilji bbażati fuq l-injam”

“150007-01-0301

Siment ta’ Portland b’materjal pozzolaniku għall-mili għall-użu tropikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘150007-00-0301’)”

“150052-00-0301

Siment abjad b’kontenut għoli tal-aluminat tal-kalċju tal-alumina”

“160088-00-0102

Kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ musmar tal-ġebel u tal-ħamrija – Kittijiet bi żbarri vojta għal musmar self-drilling – Żbarri vojta għal tubi tal-azzar mingħajr weldjatura jew iwweldjati”

“160208-00-0301

Elementi ta’ rinforz bi trazzjoni doppja bl-għamla ta’ S għaż-żieda tar-reżistenza għall-punching shear ta’ sisien għall-pedamenti u ċangaturi tal-pedamenti”

“180037-00-0706

Kittijiet ta’valvijiet tal-ilma li jkun ġej lura magħmula mill-plastika għall-inserzjoni f’sistemi ta’ drenaġġ bi skular tal-gravità”

“180040-00-0704

Separaturi tad-drenaġġ fil-bini”

“180041-00-0704

Kittijiet ta’ modifika retroattiva għal impjanti żgħar tat-trattament tal-ilma mormi”

“190021-00-0502

Unitajiet ta’ pavimentar tal-plastik riċiklat awtoblokkanti”

“200006-00-0302

Xbieki tal-kejbil b’komponenti ta’ rbit”

“260057-00-0303

Grilji tal-fibra inorganika għar-rinfurzar tal-kontrabjut abbażi ta’ siment, anidride jew reżina”

“300021-00-0404

Unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’vakwu”

“300031-00-0404

Unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’ekwalizzazzjoni tal-pressjoni”

“330008-04-0601

Kanali tal-ankraġġ (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330008-03-0601’)”

“332001-01-0602

Kittijiet tal-ikklampjar għall-konnessjoni ta’ partijiet tal-konkrit prefabbrikat

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 332001-00-0602’)”

“332589-01-0601

Sistema ta’ ħoloq tal-wajer għall-konnessjoni ta’ elementi tal-konkrit prefabbrikati u mferra’ fil-post (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 332589-00-0601’)”

“332700-00-0601

Viti tal-konkrit għall-irbit ta’ panelli sandwiċċ”

“340451-00-0104

Kittijiet magħmulin minn malja tal-fibra tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali, minn konnetturi u tajn għat-tisħiħ ta’ elementi tal-ġebel u tal-konkrit permezz ta’ legatur estern”

“340503-00-1106

Unitajiet tal-bini prefabbrikati reżistenti għan-nar”

“360001-02-0803

Sistemi ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 360001-01-0803’)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2904/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)