Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2904 |
19.11.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2904
tal-14 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għas-settijiet ta’ bibien interni bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan magħmulin minn profili tal-metall u materjal sfuż tal-polistiren mgħaqqad għall-iżolazzjoni termika, għall-iżolazzjoni akustika jew għat-tnejn u prodotti tal-kostruzzjoni oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 26 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
(2) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-bini:
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Għall-fini biex jiġi permess l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni kmieni kemm jista’ jkun, sabiex il-manifatturi li diġà jkollhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Kerstin JORNA
Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs/DĠ GROW
(1) ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
“020096-00-0405 |
Bibien interni bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan magħmulin minn profili tal-metall” |
“040635-01-1201 |
Materjal sfuż tal-polistiren mgħaqqad għall-iżolazzjoni termika, għall-iżolazzjoni akustika jew għat-tnejn (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040635-00-1201’)” |
“041669-00-1201 |
Bord ta’ iżolazzjoni termika magħmula minn siliċe- jew poliuretan-aerogel fuq materjal portatur” |
“042232-00-0503 |
Saff intermedju flessibbli għat-tnaqqis tat-trażmissjoni laterali tal-ħoss u l-vibrazzjoni” |
“090078-00-0504 |
Ċangaturi b’diversi saffi taċ-ċeramika għat-tlibbis ta’ ħitan u għall-pavimenti” |
“130647-00-0304 |
Injam laminat inkollat fi blokok speċjali” |
“130767-00-0603 |
Elementi ta’ rbit tat-tip ta’ kavilji bbażati fuq l-injam” |
“150007-01-0301 |
Siment ta’ Portland b’materjal pozzolaniku għall-mili għall-użu tropikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘150007-00-0301’)” |
“150052-00-0301 |
Siment abjad b’kontenut għoli tal-aluminat tal-kalċju tal-alumina” |
“160088-00-0102 |
Kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ musmar tal-ġebel u tal-ħamrija – Kittijiet bi żbarri vojta għal musmar self-drilling – Żbarri vojta għal tubi tal-azzar mingħajr weldjatura jew iwweldjati” |
“160208-00-0301 |
Elementi ta’ rinforz bi trazzjoni doppja bl-għamla ta’ S għaż-żieda tar-reżistenza għall-punching shear ta’ sisien għall-pedamenti u ċangaturi tal-pedamenti” |
“180037-00-0706 |
Kittijiet ta’valvijiet tal-ilma li jkun ġej lura magħmula mill-plastika għall-inserzjoni f’sistemi ta’ drenaġġ bi skular tal-gravità” |
“180040-00-0704 |
Separaturi tad-drenaġġ fil-bini” |
“180041-00-0704 |
Kittijiet ta’ modifika retroattiva għal impjanti żgħar tat-trattament tal-ilma mormi” |
“190021-00-0502 |
Unitajiet ta’ pavimentar tal-plastik riċiklat awtoblokkanti” |
“200006-00-0302 |
Xbieki tal-kejbil b’komponenti ta’ rbit” |
“260057-00-0303 |
Grilji tal-fibra inorganika għar-rinfurzar tal-kontrabjut abbażi ta’ siment, anidride jew reżina” |
“300021-00-0404 |
Unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’vakwu” |
“300031-00-0404 |
Unitajiet tal-ħġieġ iżolanti b’ekwalizzazzjoni tal-pressjoni” |
“330008-04-0601 |
Kanali tal-ankraġġ (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330008-03-0601’)” |
“332001-01-0602 |
Kittijiet tal-ikklampjar għall-konnessjoni ta’ partijiet tal-konkrit prefabbrikat (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 332001-00-0602’)” |
“332589-01-0601 |
Sistema ta’ ħoloq tal-wajer għall-konnessjoni ta’ elementi tal-konkrit prefabbrikati u mferra’ fil-post (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 332589-00-0601’)” |
“332700-00-0601 |
Viti tal-konkrit għall-irbit ta’ panelli sandwiċċ” |
“340451-00-0104 |
Kittijiet magħmulin minn malja tal-fibra tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali, minn konnetturi u tajn għat-tisħiħ ta’ elementi tal-ġebel u tal-konkrit permezz ta’ legatur estern” |
“340503-00-1106 |
Unitajiet tal-bini prefabbrikati reżistenti għan-nar” |
“360001-02-0803 |
Sistemi ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 360001-01-0803’)”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2904/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)