31958D1006(02)



Official Journal 017 , 06/10/1958 P. 0419 - 0419


Id-Deċiżjoni

dwar l-istabbiliment tal-"Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej"

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

wara li kkunsidra l-Artikolu 163 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika;

wara li kkunsidra l-proposti mressqin mill-President ta' l-Assemblea tal-Parlament, mill-Presidenti ta' l-Awtorità Għolja, tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika;

waqt li jikkunsidra li hu xieraq li l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika jkollhom Ġurnal Uffiċjali komuni;

IDDEĊIEDA:

li jistabbilixxi, bħala l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 163 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, il-"Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej".

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1958.

Għall-Kunsill

Il-President

Balke

--------------------------------------------------